Thursday, September 10, 2026
Home Sport Il-Federazzjoni Franċiża tal-Football tirtira l-appoġġ għal Gianni Infantino għall-presidenza tal-FIFA

Il-Federazzjoni Franċiża tal-Football tirtira l-appoġġ għal Gianni Infantino għall-presidenza tal-FIFA

0
42

Il-Federazzjoni Franċiża tal-Football (FFF) irtirat l-appoġġ tagħha għal Gianni Infantino bħala President tal-FIFA, wara kontroversja dwar il-pjan tiegħu li jinbiegħu ishma f’kompetizzjonijiet tal-FIFA, inkluża t-Tazza tad-Dinja, lil investituri privati. 

L-Ingilterra, l-Italja, l-Irlanda ta’ Fuq, ir-Repubblika tal-Irlanda, l-Iskozja u Wales kienu diġà rtiraw l-appoġġ tagħhom.

Il-proposta ta’ Infantino kkawżat reazzjoni qawwija internazzjonalment, tant li l-UEFA heddet li tibbojkottja l-kompetiz­zjonijiet tal-FIFA. 

Il-UEFA, il-Konfederazzjoni tal-Football Asjatiku u CONCACAF talbu lil Infantino jwarrab, iżda għadu appoġġjat mill-CONMEBAOL u MILL-CAF. 

Minkejja li Infantino abbanduna l-pjan tiegħu, il-FFF temmen li l-problemi tal-governanza tal-FIFA għadhom ma ġewx solvuti. 

Għalhekk, il-federazzjoni Franċiża se tibda konsultazzjonijiet ma’ konfederazzjonijiet, assoċjazzjonijiet nazzjonali, players, partitarji u esperti. 

L-għan huwa li jiġu proposti riformi kbar biex jerġgħu jinbnew il-fiduċja, tiżdied it-trasparenza u tiġi garantita l-indipendenza tal-FIFA.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here