Thursday, September 10, 2026
Home Sport Mikel Arteta viċin li jġedded il-kuntratt tiegħu ma’ Arsenal

Mikel Arteta viċin li jġedded il-kuntratt tiegħu ma’ Arsenal

0
44

Il-perċezzjoni tal-perjodu tat-trasferimenti ta’ Arsenal tvarja skont l-abbiltá tal-players … iżda kulħadd jaqbel li l-iffirmar li jmiss tal-club huwa importanti ħafna. 

Issa li s-suq tat-trasferimenti huwa magħluq sa Jannar, Arsenal qed jiffinalizzaw ftehim ġdid mal-manager Mikel Arteta. 

It-taħditiet ilhom għaddejjin  u hemm fiduċja sħiħa li l-manager Spanjol se jġedded il-kuntratt tiegħu. 

Arteta stess neħħa kull dubju dwar il-futur tiegħu, u qal li jixtieq jibqa’ ma’ Arsenal u li jinsab kuntent ħafna mal-club. Huwa spjega wkoll li l-club għandu l-istess sentiment u għalhekk in-negozjati qed isiru b’mod naturali. 

Il-Kap Eżekuttiv ta’ Arsenal, Richard Garlick, qal ukoll li hija biss kwistjoni ta’ żmien sakemm jiġi kkonfermat il-kuntratt il-ġdid. 

Meta jiffirma, Arteta mistenni jsir wieħed mill-managers l-aktar imħallsa fid-dinja, b’żieda sinifikanti fis-salarju tiegħu.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here