L-eks manager ta’ Tottenham, Mauricio Pochettino, jemmen li Tottenham għandhom jiġi ddikjarat retroattivament champion tal-Premier League għall-istaġun 2016-17.
Tottenham kienu spiċċaw fit-tieni post, seba’ punti wara Chelsea.
Din il-kwistjoni qamet wara investigazzjoni tal-Premier League li sabet li Chelsea għamlu madwar £47 miljun f’pagamenti sigrieti lil aġenti mhux irreġistrati u partijiet terzi bejn l-2011 u l-2018 sabiex jiffinalizza trasferimenti.
Fost il-players involuti kien hemm Eden Hazard, Willian, David Luiz u Nemanja Matic, li kollha kienu ma’ Chelsea fl-istaġun 2016-17.
Il-Pensioners rebħu żewġ kampjonati tal-Premier League matul dan il-perjodu, fost trofej oħra.
Il-club ġie mmultat mill-UEFA, il-Premier League u l-Football Association, iżda Pochettino jqis il-piena insuffiċjenti.
Partitarji ta’ Everton u Nottingham Forest qabblu s-sitwazzjoni mal-punti mnaqqsa li rċevew il-clubs tagħhom. Il-kwistjoni tqajjem ukoll mistoqsijiet dwar l-impatt tal-erba’ players għar-rebħ għat-titlu.




