Wednesday, December 25, 2024

Ħalbiet tax-xita matul il-lejl mistennija jwittu t-triq għal aktar sħana

Aqra wkoll

Skont is-sit It-Temp Madwarna, il-gżejjer Maltin ħelsuha ħafif hekk kif wara bidla fir-riħ li tindika li għadda l-front t’arja kiesħa minn fuq dawn l-inħawi, l-agħar milquta kienu n-Nofsinhar u x-Xlokk ta’ Sqallija bit-tarf tal-maltemp jgħaddi jħakkek mal-gżira Għawdxija. Madankollu l-arja kesħet u r-riħ mill-Majjistral mistenni li jitqawwa xi ftit iktar matul il-lejl.

Intant fl-aħħar ħin ħalbiet ta’ xita niżlu f’diversi lokalitajiet madwar Malta u Għawdex.

Intant skont it-tbassir tat-temp maħruġ mill-uffiċċju meterjoloġiku fl-ajruport internazzjonali ta’ Malta, dawn il-ħalbiet tax-xita mistennija jwittu t-triq lejn temperaturi aktar sħan fil-jiem li ġejjin.

Dan hekk kif filwaqt li llum u għada huwa mbassar temp xi waqtiet imsaħħab, mit-Tlieta mistenni jkollha temp aktar xemxi b’temperaturi li jinħassu 35 grad. Ir-riħ mistenni jonqos minn forza erbgħa u ħamsa għal forza tnejn jew tlieta.

Ekonomija

Sport