Saturday, November 9, 2024

“Ħallejtna bla kliem … mhux se tkun magħna imma se jibqa’ jkollok post speċjali f’qalbna”

Bosta maħsudin bil-mewt ta' Christian Degabriele

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

“Ma nistax nemmen ħabib” u “Ħallejtna bla kliem” kienu uħud mir-reazzjonijiet ta’ persuni li sellmu l-memorja ta’ Christian Degabriele wara li aktar kmieni tħabbret l-aħbar tal-mewt tiegħu.

Degabriele kien deskritt minn sħabu u kollegi tax-xogħol tiegħu bħala raġel li tieħu pjaċir tagħmilha miegħu. 

Ħabib partikolari tal-vittma fakkar id-dedikazzjoni tiegħu għat-tim ta’ Kordin Stars u qal li minkejja li ma jistax ikun iżjed fil-grawnd, Christian se jżomm post speċjali f’qalbhom u f’moħħhom f’kull logħba li jilagħbu.

Christian Degabriele ta’ 35 sena minn Ħal Għaxaq huwa l-għaddas rrappurtat nieqes ilbieraħ li sfortunatament ittella’ bla ħajja mill-baħar f’San Pawl il-Baħar dagħlodu.

Fost qraba u ħbieb oħra, Christian ħalla jibku t-telfa tiegħu lil martu u lit-tifla tagħhom.

Sport