Ħames persuni u kelb evakwati bħala prekawzjoni wara li nirien ħakmu binja f’Marsaskala

Aqra wkoll

Ilbieraħ filgħaxija l-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili mexxew operazzjoni ta’ tifi tan-nar wara li binja f’Marsaskala nħakmet minn nirien. 

Bħala prekawzjoni ġew evakwati ħames persuni u kelb hekk kif fil-binja kien hemm ħafna duħħan. Tnejn minn dawn il-persuni kellhom jingħataw għajnuna medika minn tim ta’ emerġenza mill-Isptar Mater Dei li mar fuq il-post.

In-nirien ġew ikkontrollati u l-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili baqgħu fuq il-post sakemm il-binja kienet sigura.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport