“Sitwazzjoni tal-waħx”

Jason Azzopardi ħati ta’ disprezz lejn il-qorti darbtejn

Aqra wkoll

L-Avukat Jason Azzopardi, li qiegħed isegwi l-ġuri ta’ Yorgen Fenech, instab ħati mill-Qorti ta’ disprezz wara li qabad jgħajjat u m’obdiex l-ordnijiet tal-Imħallef Edwina Grima. 

Waqt li kien qiegħed jixhed iben il-vittma Matthew, id-difiża tal-imputat qalet li trid tqajjem punt legali u għalhekk il-ġurati u x-xhud kellhom joħorġu ‘l barra mill-awla.

Kien hawn li l-Avukat Azzopardi qabad jgħajjat fl-awla, bl-Imħallef Grima twissih li ma setax jitkellem f’dak il-ħin. Minkejja dan, Azzopardi baqa’ jgħajjat xorta waħda. Għalhekk, il-Qorti sabitu ħati ta’ disprezz u ġie mmultat €50.

Anke wara dan l-episodju, l-avukat Azzopardi, li qed jirrappreżenta lill-familja Caruana Galizia bħala parte civile, injora lill-Imħallef u reġa’ beda jgħajjat waqt li jindirizza direttament lid-Difiża. 

Waqt li ddeskriviet is-sitwazzjoni bħala tal-waħx, l-Imħallef reġgħet sabitu ħati ta’ disprezz u mmultatu €50 oħra.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport