Monday, May 13, 2024

Ħames serqiet minn ambaxxati Maltin bejn l-2017 u l-2019

Aqra wkoll

Minn tagħrif li ngħata mill-Ministru għall-Affarijiet Barranin Evarist Bartolo jirriżulta li bejn is-sena 2017 u 2019 kien hemm ħames serqiet minn ambaxxati.

Fost oħrajn qal li kien hemm serqa mill-Ambaxxata Maltija f’The Hague fl-Olanda. Spjega li l-valur tal-oġġetti misruqa  kien ta’ €12,050, b’dawn jinkludu flus, u żewġ debit cards.

Intqal li wara li sar ir-rapport lil Pulizija, tressqu żewġ persuni u dawn weħlu l-ħabs. Spjega li ngħataw ordni bex jirritornaw kollox lura. S’issa għamlu tmien pagamenti ta’ €75 fl-2019 u żewġ pagamenti ta’ €144 matul din is-sena.

Qal ukoll li kien hemm serqa mill-ambaxxata Maltija fi Tripli, liema serqa saret  fis-sena 2017. Tenna li l-istima tal-valur tal-oġġetti li nsterqu kienu ta’ €4,000. Sar rapport lill-Pulizija imma investigazzjoni ma saritx għax kellu jkun hemm bżonn il-permess tal-ministeru biex il-Pulizija tidħol fl-Ambaxxata u dan ma ngħatax.

Spjega li saret serqa oħra minn ambaxxata u f’din insterqu birra, inbid u bnadar. Il-valur mhux magħruf. Il-każ ġie rrappurtat lill-Pulizija iżda l-persuna jew persuni li wettqu din is-serqa baqgħu ma nqabdux.

Sport