Monday, May 13, 2024

Matul l-2019 twieldu sitt trabi bl-IVF; 18-il mara oħra għadhom qed jistennew tarbija

Aqra wkoll

Matul l-2019 saru 124 ċiklu sħiħ tal-IVF, 80 f’Mater Dei u 44 fil-qasam privat. Dawn iċ-ċikli wasslu għal 28 tqala, ħames nisa korrew, ħamsa kellhom wild (sitt trabi b’kollox, b’koppja kellhom tewmin). Dan filwaqt li 18-il mara għadhom qed jistennew tarbija.

Dan joħroġ mir-rapport annwali ppreżentat fil-Parlament mid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne għas-sena 2019.

B’hekk ir-rata ta’ twelid f’pajjiżna (take home baby rate) hi ta’ 18.55%.

Fost il-proċeduri li saru matul l-2019 kien hemm 88 proċedura fejn ġiet ippreservata l-isperma, fosthom ta’ raġel li għaddej mill-proċess biex isir mara. Saru wkoll 173 proċedura – intra uterine inseminations, 117 minnhom f’Mater Dei u 56 fi kliniċi privati. Dawn wasslu għal 8 nisa li ħarġu tqal, tlieta minnhom korrew u ħamsa qed jistennew tarbija.

Fost il-koppji li resqu għal trattamenti tal-IVF, il-problema ta’ infertilità kienet ilha għaddejja bejn tliet xhur u 15-il sena.

Sport