Monday, April 29, 2024

Il-biljunarju Richard Branson jitlob l-għajnuna tar-Renju Unit biex isalva l-linja tal-ajru Virgin

Aqra wkoll

Il-biljunarju Brittaniku Richard Branson qal li l-linji tal-ajru tiegħu fir-Renju Unit u l-Awstralja mhux se jirnexxilhom isalvaw kaġun tal-pandemija tal-Covid-19.

F’ittra lill-impjegati ppubblikata llum onlajn, Branson qal li kien qed jagħnel dak kollu possibbli biex jippermetti lil Virgin Atlantic Airways Ltd biex tgħaddi b’suċċess mill-kriżi attwali. Madankollu żied jisħaq li biex dan ikun possibbli jeħtieġ self kummerċjali b’appoġġ mir-Renju Unit. Dan filwaqt li qal li Virgin Australia qed tissielet biex ma tagħlaqx.

L-imprenditur qed isibha diffiċli biex jikkonvinċi lill-gvernijiet taż-żewġ pajjiżi biex isalvawlu l-kumpaniji tiegħu. Dan hekk kif huma jqisuh li għandu biżżejjed rikkezzi biex isalvahom huwa stess.

Filwaqt li l-Ingilterra għad trid tagħti d-deċiżjoni tagħha dwar applikazzjoni għal self ta’ mijiet ta’ miljuni, il-Gvern Awstraljan min-naħa l-oħra qal li Branson ma kienx se jirċievi aktar għajnuna finanzjarja.

Branson min-naħa tiegħu qal li huwa qat ma ħa profitti sinjifikanti mill-grupp Virgin, hekk kif qal li jagħżel li jinvesti f’negozji ġodda.

Branson innifsu s’issa injetta mal-$250 miljun fil-kumpaniji tiegħu biex isalva l-impjiegi.

Sport