Wednesday, July 24, 2024

Ħamrun Bayern jirbħu l-kampjonat 4-a-side tad-darts

Aqra wkoll

Ħamrun Bayern rebħu l-kampjonat 4-a-side tad-darts meta għelbu lil Żejtun Laċċi Gold Lady 9-5 f’finali ferm emozzjonanti.

Iż-Żwieten kellhom bidu tajjeb tant li f’mument minnhom kienu 4-1 minn fuq għalkemm il-Ħamruniżi ma qatgħux qalbhom u mhux biss irnexxielhom iġibu l-iskor indaqs iżda wkoll jaqilbu l-iskor favurihom sabiex rebħu din il-kompetizzjoni.

Fi tmiem il-konfront is-segretarju ġenerali tal-MDA Ray Gera ippreżenta t-tazza lill-captain ta’ Ħamrun Bayern Kevin Aquilina.

Formazzjonijiet:

Ħamrun Bayern: Kevin Aquilina, Gordon Stanmore, Norbert Attard, Mario Sciascia.

Żejtun Laċċi Gold Lady: Albert Scerri, Stefan Licari, Kirsten Aquilina, Enrico Scerri. 

Ekonomija

Sport