Ħamrun Futsal NCMB rebħu l-Enemed Challenger Cup meta f’logħba verament sabiħa għelbu lil Marsaskala Legends Futsal 2-1.
Il-Ħamruniżi, fl-ewwel sena tagħhom jikkompetu fil-futsal lokali, skorjaw gowl f’kull taqsima b’Marsaskala li naqqsu l-marġni tal-iskor minuta minn tmiem il-konfront.
Kien Collin Sammut li poġġa lil Ħamrun minn fuq sabiex fit-tieni taqsima Sebastian David Jimenez għamilhom 2-0.
Minuta minn tmiem il-logħba, Dale Valletta skorja l-gowl ta’ Marsaskala.
Fi tmiem il-konfront, il-president tal-Futsal Malta Association Mark Borg ippreżenta t-tazza lill-captain ta’ Ħamrun Gia Nikvashvili.
Referees kienu Andrea Naudi, Danilo Francalanza u Pierre Bonnici.
Timekeeper kien Ray Tabone.