Wednesday, July 24, 2024

Ħamrun jirbħu n-Nestle Ice Cream Beach Soccer League

Aqra wkoll

Ħamrun rebħu n-Nestle Ice Cream Beach Soccer League meta fil-finali li ntlagħbet fil-Bajja s-Sabiħa f’Birżebbuġa, għelbu lil La Playa de Arena 3-2.

Kienet logħba ferm kumbattuta bil-Ħamruniżi li sabu ruħhom gowl minn taħt sa tmiem l-ewwel sessjoni iżda fit-tieni u t-tielet sessjoni huma urew l-aggressivita’ tagħhom tant li dawru l-iskor favurihom minkejja li La Playa baqgħu dejjem fil-logħba.
Sheldon Mizzi kien poġġa lil La Playa de Arena minn fuq sabiex fit-tieni sessjoni David Emanuel Garba skorja doppjetta li biha poġġa lit-tim tiegħu fil-vantaġġ.

Fit-tielet sessjoni, La Playa de Arena ġabu l-iskor indaqs permezz wara freekick tajjeb ta’ Mantas Makutunovicius għalkemm lejn l-aħħar Ħamrun skorjaw dak li kellu jkun il-gowl tar-rebħa permezz ta’ Christopher Mario Baker.

Fi tmiem il-konfront, il-viċi-president tal-MFA Dr Matthew Paris ippreżenta t-tazza lill-captain ta’ Ħamrun Beach Soccer Antonello Demanuele fil-preżenza tal-president tal-MBSA Mauro Camilleri Darmanin.

Sadanittant David Emanuel Garba spiċċa l-aqwa skorer tal-kampjonat bi 42 gowl filwaqt li rebaħ ukoll l-aqwa plejer tat-tournament. Fl-istess waqt, l-unur tal-aqwa goalkeeper ingħata lil Jonathan Grech ta’ La Playa de Arena.

Ekonomija

Sport