Wednesday, July 24, 2024

Malcolm Camilleri kkonfermat president tal-VMFA

Aqra wkoll

Hekk kif jumejn ilu saret il-laqgħa ġenerali annwali tal-Veterans Malta Football Association, il-membri preżenti kkonfermaw lil Malcolm Camilleri sabiex ikompli bil-presidenza tiegħu għalkemm kien hemm tibdil ieħor fil-kumitat eżekuttiv.

Fil-fatt Kevin Loughborough, Mario Camilleri u Charles Polidano se jieħdu post Chris Fenech, Mark Mizzi u Eric Saliba filwaqt li żammew posthom il-viċi-president Stephen Wellman, it-teżorier Mark Micallef u l-membru tal-kumitat Antoine Sammut.

Fil-laqgħa ġie spjegat li din l-assoċjazzjoni għandha l-għan li tkompli tattira aktar plejers veterani sabiex jingħaqdu magħha bil-kampjonat li għadda li kien fih aktar minn 30 eks-plejer internazzjonali . Ġie kkonfermat ukoll li Floriana u Marsaxlokk se jiżdiedu mat-tmien timijiet eżistenti sabiex issa l-kampjonat se jkun magħmul minn għaxar timijiet.

Ekonomija

Sport