Wednesday, July 24, 2024

L-isport għalija hu l-aqwa skola ta’ ħajja – Andrew Farrugia

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Kif għażilt il-bodybuilding fost minjiera ta’ sport ieħor?

Il-karriera sportiva tiegħi bdiet 32 il-sena ilu (illum għandi 39 sena) meta ta’ 7seba’ snin (wara li ommi u missieri skoprew it-talent tiegħi waqt l-ewwel sports day fil-year 1 meta rbaħt il-100 metru) bdew jeħduni Skolasports is-Sibt filgħodu biex nittrenja l-atletika it-trakka tal-Marsa. Minn hemmhekk ġejt scouted minn Athleta Pembroke u wara ftit xhur bdejt nittrenja sitt darbiet fil-ġimgħa mal-klabb, ritmu ta’ taħriġ li bqajt għaddej bih sal-ġurnata tal-lum.

Mil-etá ta’ 7 sa 24 kelli karriera ta’ sprinter fejn sirt champion nazzjonali tal-100m fid-diversi kategoriji tal-etá (Cadets, Youths u Juniors) kif ukoll ksirt ir-rekord nazzjonali tal-100m Youths. Tul dawn is-snin kelli x-xorti nirrapreżenta lil Malta f’diversi kompetizzjonijiet internazzjonali tal-Youths u Juniors, bħall-Fisec Games, Youth Island Games u World Youth Championships. Meta wara bdejt nikkompeti fil-kategorija tas-Seniors kont magħżul biex inkun parti mit-tim nazzjonali tal 4x100m relay.

Waqt li matul dawn is-snin ksibt ħafna suċċessi kif ukoll kbirt fil-karattru u d-dixxiplina, min-naha l-oħra sfortunatament kelli nesperjenza diversi injuries li kienu ukoll rikorrenti, speċjalment fil-hamstrings, injuries li ma ħallewnix nilhaq l-aqwa potenzjal tiegħi. L-isprint hi dixxiplina fejn jekk ma tkunx qed tħossok 100% ir-riżultat mill-ewwel se jmur għall-agħar u r-riskju li tweġġa’ huwa għoli ħafna peressli l-istress fuq il-muskoli hu elevat ħafna minħabba l-veloċitá għolja li sprinter itella’. Ġaladarba tweġġa’ fil-hamstring trid l-ewwel tirkupra fiżikament imbagħad mentalment. U din tal-aħħar hi l-iktar ħaġa diffiċli, speċjalment meta tibqa’ tweġġa’ l-istess muskolu, għax awtomatikament f’moħħok tidħol il-biżá li se terġa’ tiġbed il-hamstring minn mument għall-ieħor.

Kien wara numru ta’ episodji ta’ dawn l-injuries fuq medda ta’ snin, li meta kelli 24 sena ndunajt li kont tlift ħafna mill-pjaċir li kien jagħtini l-isprinting, u l-passjoni u t-talent li kelli bdew ikunu sors ta’ stress mentali flok ta’ sodisfazzjon.

Wara numru ta’ xhur naħseb fuq il-futur tiegħi, iddeċidejt li nieqaf mill-atletika u minflok nibda nittrenja waħdi l-gym. Din it-transizzjoni kienet pjuttost naturali għalija peressli kont diġá ili nagħmel gym workouts għal xi 10 snin, darbtejn fil-ġimgħa bħala parti mit-taħriġ għall-isprinting. Kull meta kont nittrenja fil-gym kont ninduna li kelli wkoll talent fil-bodybuilding għax il-muskoli tiegħi kienu jirreaġixxu tajjeb għall-weightlifting. Fil-fatt niftakar meta kelli 16-il sena kont diġá nispikka mal-koetani tiegħi mill-aspett ta’ muscle size avolja kont nerfa’ weights darbtejn fil-ġimgħa biss.

Mil-etá ta’ 24 sena sa issa bqajt konsistenti bir-rutina ta’ sitt sessjonijiet ta’ gym fil-ġimgħa u ġurnata ta’ active rest li normalment tkun il-Ħadd. Matul dawn is-snin qattajt sigħat twal naqra letteratura fuq it-teknika ta’ taħriġ kif ukoll fuq in-nutrizzjoni u nieħu gost napplika dan it-taghlim fuq livell personali, kemm fit-taħriġ tiegħi ġol-gym kif ukoll fil-lifestyle tieghi barra il-gym. B’hekk il-passjoni li kelli għall-isport in ġenerali minn mindu kont tarbija evolviet f’passjoni għal dak kollu li għandu x’jaqsam ma’ ħajja sana. Infatti, il-bodybuilding (li kif nafu jirrikjedi ir-resistance training) magħmul b’mod naturali (mingħajr l-użu ta’ steroids) huwa rikonoxxut minn ħafna riċerki xjentifiċi bħala mezz mhux biss biex tnaqqas ir-riskju ta’ mard kroniku imma biex ukoll ittejjeb saħħtek, il-kwalitá tal-ħajja u saħansitra anke l-lonġevitá.

B’hekk huwa dan it-tip ta’ approċċ tal-bodybuilding li jien insegwi u nippromwovi – approċċ li bih ittejjeb id-dehra estetika tiegħek, tħossok b’saħħtek u iktar atletiku, li jagħtik iktar kunfidenza, li jżommok umli u saqajk mal-art, li mentalment jippreparak biex tkun tista’ taffronta l-istress tal-ħajja b’mod iktar leġġer u li bih tnaqqas ir-riskju ta’ mard kroniku li maż-żmien jista’ jwassal għall-mewt prematura.

Wara kważi tliet snin li ttrasferixxejt mill-atletika għall-fitness, fl-2012 ġejt mistieden nipparteċipa fl-ewwel kompetizzjoni tal-bodybuilding li kienet organizzata minn MBPF, waħda mill-federazzjonijiet lokali tal-bodybuilding u fitness li kien hawn dak iż-żmien. Filwaqt li dakinhar ma kontx irbaħt midalji, kienet swietni ta’ motivazzjoni biex inkompli naħdem u nitjieb.

Fl-2014 kont ġejt avviċinat minn Ralph Decelis, li sal-ġurnata tal-lum għadu president tal-IFBB f’Malta (li llum hi l-unika federazzjoni tal-bodybuilding u fitness f’Malta u l-iktar federation rikonoxxuta fid-dinja fil-bodybuilding u fitness), biex nikkompeti fil-kampjonati nazzjonali. Hemmhekk iddeċidejt li nikkompeti fil-kategorija tal-Men’s Physique, f’liema klassi l-judging jippremja statura atletika u simettrikali u fejn l-atleti jkunu maqsumin f’kategoriji skont it-tul flok skont il-piż. Filwaqt li fil-Men’s Physique, atleta jrid ikollu ċertu livell ta’ żvilupp muskolari, id-daqs tal-muskolatura ma jridx ikun massiv bħalma huwa rikjest fil-klassijiet tal-Classic Bodybuilding jew tal-Bodybuilding. Peressli l-isteroids u d-doping imorru kontra l-valuri tiegħi u anke li jistgħu ikunu ta’ periklu għas-saħħa, ħassejt li din il-kategorija kienet u tibqa’ ideali għalija. F’dawk il-kampjonati, kont irbaħt il-kategorija tiegħi u ġejt magħżul biex nikkompeti fil-European Championships. Kienet f’dik il-kompetizzjoni li tista tghid bdiet tiffjorixxi l-karriera tiegħi fil-fitness u inevitabbilment bdejt nieħu dan l-isport b’iktar serjetá minn qatt qabel. Fil-European Championships kont ġejt fl-10 post. Hemmhekk skoprejt kemm hu suġġettiv dan l-isport. Iċ-champion mondjali tas-sena ta’ qabel (li kien mil-Litwanja) kien dik is-sena gie mogħti t-tmien post, żewġ postijiet qabli. Sfortunatament il-kriterji tal-judging ma jistgħux ikunu speċifiċi biżżejjed biex tnaqqas is-suġġettivitá, u hu għalhekk li jkun hemm panels b’10 membri tal-ġurija f’kompetizzjoniiet kbar bħal dawn.

Is-sena ta wara, fl-2015, erġajt ikkompetejt fil-kampjonati nazzjonali tal-IFBB fejn irbaħt għat-tieni darba. Ftit ġimgħat wara erġajt ikkompetejt fil-European Championships u did-darba spiccajt fit-tmien post.

F’din l-istess sena ħadt deċiżjoni iebsa li nitlaq minn xogħol stabbli u renumeranti ta’ CFO (jien certified accountant b’Masters in Accountancy mill-Universitá

Ekonomija

Sport