Tuesday, May 21, 2024

Hamrun S. kellhom jitħabtu kontra Pietá H.

Aqra wkoll

Pietá H………………1

Hamrun S…………..2

Hamrun Spartans kellhom jitħabtu meta għelbu l-isfida ta’ Pietá Hotspurs bl-iskor ta’ 2-1, biex komplew jersqu qrib lejn ir-rebħ tat-tieni kampjonat fi tliet staġuni.

Kien biss fit-18-il minuta, li waslet l-ewwel azzjoni denja ta’ nota fil-partita, bl-Ispartans ikunu huma li joħolqu l-periklu meta wara li rċieva minn cross mix-xellug, Jonny, kellu tentattiv tiegħu minn daqqa ta’ ras li stampa mal-wieqfa, bi Pietá jeħilsuha ħafif.

Huma komplew fuq l-offensiva u fis-26 minuta, xutt tal-midfielder internazzjonali Malti, Matthew Guillaumier, ġie mxellef f’corner minn difensur taJ-Hotspurs.

Hamrun fetħu l-iskor fit-38 minuta permezz ta’ xutt mid-distanza ta’ JUAN CARLOS CORBALAN li ma ta l-ebda cans lill-goalkeeper ta’ Pietá , Reeves Cini.

L-Ispartans ħolqu l-periklu fit-68 minuta meta xutt minn minn barra l-kaxxa ta’ Jonny stampa mal-wieqfa.

Dan sabiex Pietá Hotspurs ġabu l-iskor indaqs proprju mill-azzjoni li segwiet sekondi biss wara meta f’kontratttakk veloċi KIAN LEONARDI kien fil-post it-tajjeb fil-mument opportun u b’xamma kbira għall-goal minn that il-lasta taefa’ ġewwa.

Fil-81 minuta Hamrun rebħu penalty meta Ojo Temitior Abraham waqqa’ lil Juan Cralos Corbalan fil-kaxxa.

Mill-11-il metru nkariga ruħu l-player ELVIS MASHIKE SUKISA li permezz ta’ xutt fil-baxx tefa’ l-ballun fir-rokna tax-xibka.

Pietá H.: 1-Reves Cini, 2-Samuel Okoh (10-Kian Leonardi 46), 3-Clinton Bangura, 5-Ojo Temitope Abraham, 6-Daniel Zerafa, 7-Jake Ghio (47-Gabriel Xuereb 90), 8-Terence Agius (11-Alex David Scembri Wismayer 72), 22-Zean Leonardi, 24-Ganiu Atande Ogungbe, 77-Miranda Davi Rodrigues, 99-Takuma Yamaguchi Coach: Rodney Bugeja  

Hamrun S.: 1-Henry Bonello, 3-Ederson Bruno Domingos, 4-Steve Borg, 6-Matthew Guilluamier, 9-Elvis Mashike Sukisa, 10-Jorge Ailton Soares (7-Luke Montebello 72), 12-Roko Prsa (17-Vinicius De Freitas Ribeiro 85), 27-Ognjen Bjelicic, 28-Juan Carlos Corbalan, 63-Jonny (14-Rodrigo Callegari Torre 85), 94-Ryan Camenuzli Coach: Brano Nisevic

Referee: Emanuel Grech

Ass. Referees: Mitchell Scerri, Robert Curtis

Raba’ Uffiċjal: Philip Farrugia

Skorers: J. C. Corbalan 37, E. Mashike Sukisa pen. 82 (H), K. Leonardi 67 (P)

Ammoniti: R. Cini, S. Okoh (P), O. Bjelicic (H)

Player tal-Logħba: Juan Carlos Corbalan (H)

Sport