Thursday, November 7, 2024

Hamrun S. mat-Top Six b’goal lejn it-tmiem

Aqra wkoll

Gzira United …..……1

Hamrun Spartans …2

Minn Cristian Muscat

Goal li wasal proprju fl-aħħar azzjoni tal-partita, qa­­ta’ l-passaġġ lil Hamrun Spartans għal mat-Top Six hekk kif dawru telfa f’rebħa biex għelbu lil Gzira United bl-iskor ta’ 2-1.

Riżultat ta’ draw kien ikun biżżejjed għall-Maroons biex jingħaqdu mal-ewwel sitt timijiet … u meta kollox deher li kienu se jagħmlu dan,   Emerson Marcelina kel­lu ideat oħra biex tefa’ lill-kamp Ħamruniż f’dellirju ta’ ferħ wara staġun (s’issa) ferm diżappuntanti … hekk kif kienu wkoll ġejjin minn erba’ telfiet infila.  

Kienu Gzira li ħolqu l-ewwel periklu fl-14-il minuta meta minn azzjoni ta’ corner mogħti minn Thiago Espindola, Elionay Freitas Da Silva kellu d-daqqa ta’ ras lura tiegħu ppanċjata mill-goalkeeper ta’ Hamrun, Henry Bonello, biex mir-rebound Andrew Borg minn pożiz­zjoni ferm ideali tefa’ inkredibbilment għoli.

Hamrun wieġbu fl-34 minuta meta Roko Prsa kellu x-xutt tiegħu mid-distanza li ħareġ l-aħjar tal-goalkeeper Serb tal-Maroons, Darijan Zarkov, li salva tajjeb minn mal-art.

Fit-53 minuta, Gzira fetħu l-iskor meta Christian Saint Ebisindor baqa’ jippressa fuq Emerson Marcelina, għadda tajjeb lejn ALEX DA PAIXAO ALVES, li minn taħt il-lasta u b’xamma kbira għall-goal tefa’ ġewwa.

Huma komplew fuq l-offensiva u fit-63 minuta, wara li rċieva minn azzjoni ta’ corner Christian Saint Ebisindor kellu d-daqqa ta’ ras tiegħu mill-viċin tintemm ftit barra.

Hamrun wieġbu sitt mi­nuti wara meta Prsa xeħet cross preċiż lejn Mayron li litteralment żmarka lilu nnifsu f’pożizzjoni ferm ideali, biex falla ċans tad-deheb għall-Ispartans.

Gzira reġgħu ħolqu l- periklu fis-76 minuta meta konklużjoni mid-distanza ta’ Zachary Scerri ntemmet ftit għoli.

U bil-ħin għaddej, il-Ħamruniżi dehru diżorjentati u destinati li fir-round li jmiss kienu se jilagħbu fil-Bottom Six.

Peró, ippruvaw jagħmlu xi forma ta’ reazzjoni iżda sabu lid-difiża avversarja ferm attenta … sakem fis-86 minuta, huma kisbu d-draw permezz ta’ xutt mid-distanza ta’ DANIEL LETHERBY, bil-goalkeeper Zarkov jinqabad fuq sieq waħda.

Dan il-goal nissel kuraġġ qawwi fost il-Ħamruniżi …  u fl-aħħar minuta tal-ħin miżjud  skorjaw il-goal importanti minn daqqa ta’ ras  ta’ EMERSON MARCELINA minn azzjoni ta’ free-kick.

MARSAXLOKK: 95-Marko Drobnjak, 4-Karl Micallef, 6-Nikolai Muscat, 10-Yuri De Jesus Messias (17-Jacob Walker 89), 19-Jose Ulises Arias (11-Duane Bonnici 89), 21-Jai Quitongo (26-Raphael Holzhauser 64), 22-Lucas Emanuel Lopez, 23-Alex De Aguilar Gomes (9-Patrick Nonato 80), 24-Enmy Manuel Pena Beltre, 27-Leandro Aguirre, 30-Ryan Scicluna – Coach: Vincenzo Potenza

HIBERNIAns: 30-Hugo Sacco, 4-Alfred Silas (2-Kleiton 89), 5-Kurt Shaw, 7-Ayrton Attard (9-Felicio Carvalho 68), 8-Rodrigo Fraga, 10-Jurgen Degabriele (11-Bjorn Kristensen 68), 14-Dexter Xuereb (17-Isaiah Chukunyere 80), 20-Federico Falcone, 29-Giannis Bastianos (21-Alex Bruno De Souza Silva 68), 44-Henrique Nunes Silva, 99-Gabriel Higor Alves   – Coach: Branko Nisevic

REFEREE: Malcolm Spiteri

ASS. REFEREES: Alan Camilleri, Max-Lee Muscat

RABA’ UFF: Glen Tonna

SKORERS: A. De Aguilar Gomes 28 (M), F. Falcone 80 (H)

AMMONITI: J. Quitongo (M), P. H. Nunes Silva, B. Kristensen (H)

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport