Monday, June 22, 2026

Ħamrun SC u Sliema Beach Soccer ikomplu bit-triq tar-rebħ

Aqra wkoll

Ħamrun SC u Sliema Beach Soccer komplew juru l-potenzjal tagħhom meta rebħu l-konfronti li kellhom matul ġimgħa oħra ta’ logħbiet mill-Kampjonat tal-Irġiel tal-Beach Soccer.

Sliema kisbu rebħiet kbar ta’ 17-2 kontra Ballun FC u ta’ 10-2 kontra Phoenix Beach Soccer filwaqt li Ħamrun għelbu lil Ballun FC 3-0 u La Playa 2-1.

F’logħba oħra interessanti li kellna, Spartans kienu aħjar minn WA Agency tant li rebħu bl-iskor ta’ 10-4.

Illum ikollna tliet logħbiet fil-Bajja s-Sabiħa f’Birżebbuġa hekk kif fis-7.30pm, La Playa de Arena jaffaċċjaw lil WA Agency sabiex fit-8.30pm hemm konfront importanti bejn Sliema u Ħamrun. Finalment fl-9.45pm, Costa Viola jilagħbu kontra Spartans.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport