Riċentement sar l-ewwel avveniment ta’ Walking Hockey f’Malta, inizjattiva organizzata bħala parti mill-programm Small Initiatives Support Scheme (SIS). L-attività kellha l-għan li tippromwovi l-inklużjoni fl-isport u tattira persuni ta’ kull età u abbiltà, fosthom dawk li qatt ma ppruvaw il-hockey, eks-plejers u membri tal-komunità.
Aktar minn 20 parteċipant ħadu sehem, maqsumin f’erba’ timijiet, f’ambjent li poġġa l-enfasi fuq il-parteċipazzjoni, il-moviment u l-gost aktar milli fuq il-kompetizzjoni. Matul il-ġurnata, kowċis kienu preżenti biex jispjegaw ir-regoli tal-logħba, li ma setax jinkludi ġiri u l-ebda hit b’saħħitha tal-ballun. L-avveniment ħoloq atmosfera rilassata u soċjali, filwaqt li introduċa forma ġdida u aċċessibbli tal-hockey f’Malta.

