Saturday, October 26, 2024

Hamrun Spartans champions għad-disa’ darba

Aqra wkoll

Hamrun Spartans …….1

Gzira United ……………0

Meta fadal erba’ partiti biex jintemm il-kampjonat, Hamrun Spartans ġew dikjarati cham­pions għad-disa’ darba fl-istorja tal-club meta għelbu lil Gzira United bl-iskor ta’ 1-0. 

Biex waslu f’din id-destinaz­zjoni, il-vjaġġ twil tal-Ħamruniżi kien pjuttost trankwill għax minkejja li rari umiljaw lil xi avversarju, huma dej­jem laħqu l-objettiv tagħhom bl-eċċezzjoni tal-iskoss Żebbuġi li sofrew f’nofs l-istaġun. 

Din il-partita bdiet fuq nota pjuttost bilanċjata fejn iż-żewġ difiżi kienu attenti u ma tawx spazju lill-attakkanti avversarji jimmanuvraw … bil-konsegwenza li l-unika azzjoni denja ta’ nota fl-ewwel taqsima waslet fis-16-il minuta meta l-attakkant tal-Ispartans, Elvis Mashike, venven xutt qaw­wi li iżda ġie salvat mill-goalkeeper Darijan Zarkov. 

Fit-tieni taqsima, Hamrun kellhom ir-riħ wara darhom u kien hemm antiċipazzjoni li jżidu l-pressjoni. 

Iżda kellna nistennew sal-71 minuta biex waslet l-ewwel azzjoni meta minflok għadda lejn Luke Montebello, Mashike pprefera jixxuttja minn tarf il-kaxxa biex ħela ċans tajjeb. 

L-akbar opportunitá waslet fis-76 minuta meta Jackson Mendoza għadda lejn Maxuell Maia li b’lasta vojta u bl-għajta ta’ goal għall-Gżirjani, inkredibbilment xeħet il-ballun barra. 

Għal dan in-nuqqas, fit-82 minuta l-Ispartans fetħu l-iskor meta Mashike daħal fil-kaxxa u din id-darba għadda lejn LUKE MONTEBELLO li kien pront u xeħet il-ballun fix-xibka … kif ukoll lill-partitarji li kien f’burdata festiva biex bdew iċ-ċeleb­razzjonijiet ta’ champions.

Hamrun S.: 1-Henry Bonello, 3-Ederson Bruno Domingos, 4-Steve Borg, 6-Matthew Guillaumier (14-Rodrigo Callegari 88), 9-Elvis Mashike Sukisa (97-Claudio Da Silva Barbosa 88), 12-Roko Prsa (Joseph Mbong 73), 23-Karl Holmberg (7-Luke Montebello 66), 27-Ognjen Bjelicic, 28-Juan Carlos Corbolan, 91-Emerson Marcelina, 94-Ryan Camenzuli – Coach: Branko Nisevic

Gzira U.: 30-Darijan Zarkov, 5-Luke Tabone, 6-Nikolai Muscat, 8-Zachary Scerri (47-Brooklyn Borg 87), 9-Marcelo Dias, 11-Lucas Ribeiro De Oliveira, 16-Luis Carlos Riascos, 22-Toni Kolega (93-Thiago Espindola 88), 44-Marko Cosic, 94-Jefferson De Assis (94-Ma­xuell Maia 74), 98-Jackson Mendoza (4-Andrew Borg 88) – Coach: Darren Abdilla

Referee: Malcolm Spiteri

Assistenti: Jurgen Spiteri, Ja­mes Muscat

Raba Uff.: Glen Tonna

Skorers: L. Montebello 81 (HS)

Ammoniti: L. Riasco (GU)

Player tal-Logħba: Emerson Marcelina (Hamrun Spartans)

Sport