Sunday, May 19, 2024

Marsaxlokk jiddominaw lil Hibernians

Aqra wkoll

Hibernians……………….1

Marsaxlokk………………3

Marsaxlokk iddominaw bis-sħiħ lil Hiberians u għelbuhom bl-iskor ta’ 3-1, bil-Pawlisti xejn ma jimpressjonaw.

Marsaxlokk fetħu l-iskor proprju fl-ewwel periklu li ħolqu fis-16-il minuta meta Juan Cruz Aguilllar għadda tajjeb lejn AYRTON ATTARD li minn taħt il-lasta u b’xamma kbira għall-goal tefa’ ġewwa.

Huma komplew fuq l-offensiva u fis-36 minuta, rduppjaw l-iskor meta Leandro Aguirre serva lil AYRTON ATTARD li minn pożizzjoni ideali tefa’ l-ballun wara l-goalkeeper ta’ Hibernians, Marko Jovicic.

U jidher li Marsaxlokk ma kinux kuntenti biżżejjed b’dan l-iskor hekk kif fil-45 minuta, Kristian Keqi xeħet cross li sab lil Fabian Santiago Moracci li kellu d-daqqa ta’ ras tiegħu mill-viċin tiġi mdawra f’corner mill-goalkeeper Kroat ta’ Hibernains, Marko Jovicic.

Kulma jmur kompla d-dominua assolut tax-Xlukkjari, u ftit sekondi wara, xutt mid-distanza ta’ Leandro Aguirre, stampa mal-wieqfa, bil-Pawlisti jeħilsuha ħafif.

Fit-tieni taqsima, ix-Xlukkajri ikomplew bl-istess ritmu tal-ewwel waħda u fit-68 minuta, xutt mid-distnza ta’ Leandro Aguirre stampa mal-mimduda, b’din tkun it-tieni darba li x-Xlukkajri laqtu l-lasta fil-partita.

Hibernians wieġbu ghall-ewwel darba fit-73 minuta permezz ta’ daqqa ta’ ras tad-difensur veteran, Andrei Agius, għaddiet ftit barra.

Marsaxlokk issiġillaw ir-rebħa permezz tat-tielet goal fl-84 minuta meta Leandro Aguirre għadda tajjeb lejn FABIAN SANTIAGO MORACCI, li permezz ta’ xutt fil-baxx minn ġol-kaxxa, tefa’ l-ballun fir-rokna tax-xibka.

Hibernians skorjaw il-goal tal-bandiera fil-ħin miżjud permezz ta’ xutt mill-viċin ta’ YUNUSA OWOLABI MURITALA li ma ta l-ebda ċans lill-goalkeeper tax-Xlukkajri, Jose Luis Maximiliano Gaminal Ruiz.

Hibernians: 61-Marko Jovicic, 3-Ferdinando Apap, 7-Thaylor Aldama (18-Joao Vitor 46), 8-Jurgen Degabriele (17-Gabriel Mensah 62), 11-Bjorn Kristensen, 12-Dunstan Vella (42-Ali Diakite 46), 13-Zachary Grech, 19-Joseph Zerafa (5-Matthew Ellul 74), 20-Andrei Agius, 23-Yunusa Owolabi Muritala Coach: Silvio Vella

Marsaxlokk: 23-Jose Luis Maximiliano Ruiz Gamonal, 7-Ayrton Attard (8-Terence Vella 70), 9-Kristian Keqi, 13-Claudio Bonanni, 17-Peter Xuereb, 21-Adrian Santiago Ferraris, 24-Juan Cruz Aguillar, 27-Leandro Aguirre, 30-Ryan Scicluna, 37-Fabian Santiago Moracci, 88-Dejan Vukovic Coach: Pablo Doffo

Referee: Marko Jovicic

Ass. Referees: Roberto Vella, Mark Ciantar

Raba’ Uffiċjal: Emanuel Grech

Skorers: A. Attard 16, 36, F. Santiago Moracci 84 (M), Y. Owolabi Muritala 92 (H)                                                                                                                                                                                                                                                             

Ammoniti: J. L. M. Gamonal Ruiz, T. Vella, D. Vukovic (M)

Player tal-Logħba: Ayrton Attard (M)

Sport