Friday, May 3, 2024

Hamrun Spartans ikomplu jiddiżappuntaw

Aqra wkoll

Ritratt: Dominic Borg

Hamrun Spartans ……..0

Balzan …………………..1

Għal darba oħra ċ-champions Hamrun Spartans reġgħu ddiżappuntaw hekk kif goal ta’ Milan Duric ta lil Balzan rebħa minima ta’ 1-0 biex l-Ispartans sofrew it-tielet telfa minn erba’ logħbiet.

Min-naħa tagħhom, Balzan irritornaw għar-rebħ wara telfiet kontra Valletta u Birkirkara biex b’ hekk ingħaqdu ma’ Floriana u Valletta b’sitt punti minn erba’ logħbiet.

Kienu Balzan li ħolqu l-aħjar ċansijiet u minbarra l-goal, fallew penalty u setgħu kab­bru l-iskor waqt li l-Ħamruniżi ftit li xejn kel­lhom okkażjonijiet.

Hamrun għamlu bidla waħda hekk kif Predrag Djordjevic beda minflok Juan Corbalan waqt li għal Balzan, daħlu Marcus Grima, Milos Zlatkovic u Bojan Kaljevic flok Uros Ljubo­mirac, Sean Cipriott u Aleksa Andrejic.

Iż-żewġ timijiet qasmu l-logħob fil-ftuħ tal-logħba biż-żewġ goalkeepers ftit li xejn jiġu mpenjati.

Fil-25 minuta, kienu Balzan li kellhom okkażjoni taj­ba hekk kif Milan Djuric irċieva pass tajjeb mingħand Da Paixao mil-lemin u ttanta xortih b’xutt fil-baxx li ġie mdawwar f’corner mill-goalkeeper Henry Bonello.

Erba’ minuti wara, Balzan fetħu l-iskor meta free-kick dirett ta’ MILAN DURIC għe­leb lil Henry Bonello bil-ballun jaħbat maż-żewġ lasti qabel jispiċċa fix-xibka.

Erba’ minuti Hamrun wieġebu bi cross ta’ Luke Gambin iżda d-daqqa ta’ ras ta’ Franklin Sasere għaddiet ftit barra.

Tmien minuti fit-tieni taqsima, minn cross ta’ Joseph Mbong, Franklin Sasere kellu xutt mill-viċin salvat minn Vranes. Minuta wara, f’kontrattakk għal Balzan, Da Paixao qassam lejn Duric fuq il-lemin iżda l-cross shot tal-player Serb ġie salvat minn Bonello.

Mas-siegħa logħob Balzan kellhom opportunitá tad-deheb li jirduppjaw wara li r-referee Emanuel Grech saffar għal penalty meta Zlat­kovic twaqqa’ fil-kaxxa minn Gojkovic. Madankollu mill-ħdax-il metru, Bojan Kaljevic tefa’ barra.

Fid-69 minuta, Luke Gambin reġa’ ttanta xortih bi cross shot iżda ġie mblukkat mill-goalkeeper Vranes

Fid-89 minuta, Balzan res­qu viċin meta Duric ħarab fuq ix-xellug,  għadda lejn Da Paixao li kellu x-xutt imblukkat waqt li żewġ minuti fuq il-ħin, Alex da Paixao daħal tajjeb fuq il-lemin u minflok qassam lejn Andrejic, huwa fajjar xutt bil-ballun jolqot il-mimduda wara li ġie mxel­lef minn Bonello. HAMRUN S.: 1-Henry Bonello, 4-Darko Gojkovic, 7-Joseph Mbong, 10-Jorge Ailton dos Santos Soares, 17-Franklin Sasere, 23-Luke Gambin, 29-Predrag Djordjevic (12-Arthur Oyama 46’), 30-Karl Micallef (9-Soufiane Lagzir 63), 33-Isaac Toah Ntow (99-Darren Borg 63), 44-Claude Dielna (8-Christian Mercieca 76), 91-Emerson Marcelina   – Coach: Mark Buttigieg

BALZAN: 83-Vukasin Vranes, 3-Augustine Loof, 5-Samir Arab, 6-Marcus Grima, 7-Milan Djuric, 8-Paul Fenech (22-Gary Camilleri 76), 10-Alex da Paixao Alves, 15-Michael Johnson, 19-Milos Zlatkovic (88-Sean Cipriott 68), 23-Milos Mijic, 86-Bojan Kaljevic (77-Aleksa Andrejic 78)   – Coach: Mark Mil­ler

REFEREE: Emanuel Grech

ASS. REFEREES: Mitchell Scerri, Duncan Spencer

RABA’ UFF: Aleksandar Jo­vanovic

SKORER: M. Duric 29 (B)

AMMONITI: M. Zlatkovic, M. Johnson, M. Djuric (B); P. Djordjevic, J. Mbong, E. Marcelina (HS)

PLAYER TAL-LOGĦBA – Milan Duric (Balzan)

Sport