Minkejja l-ostakli kollha, fl-aħħar ħinijiet l-ajruplan li kien qed iġorr l-kontinġent kollhu ta’ Hamrun Spartans, irnexxilu jagħmel l-inżul tiegħu fil-Gżejjer Faroe; kważi jumejn wara l-ġurnata li kellu jasal f’din id-destinazzjoni.
Kif ġie rrapurtat fl-aħħar sigħat, Hamrun Spartans kienu fin-Norveġja minħabba li l-ajruplan ma setgħax jagħmel l-inżul tiegħu fl-ajruport ta’ Vagar, fil-Gżejjer Faroe minħabba kundizzjonijiet hżiena ta’ temp, liema kundizzjonijiet xejn ma’ kienu ta’ għajunua fil-preparazzjoni tat-tim għal partita importanti tal-lejla mill-UEFA Conference League kontra NSI.
Il-partita hija skedata li tibda fid-8.45pm, ħin li bla dubju mhuwiex biżżejjed sabiex il-plejers ikunu fl-aħjar forma fiżika u mentali sabiex jippreparaw bis-sħiħ għal dan il-konfront delikat.









