Wednesday, July 24, 2024

Hamrun Spartans jiffirmaw lid-difensur ċentrali Spanjol, Christian Rutjens

Aqra wkoll

Hamrun Spartans assiguraw is-servizzi tad-difensur ċentrali Spanjol, Christian Rutjens. Dan il-player se jkun qed jimmarka r-ritorn tiegħu Malta wara li lagħab ma’ Floriana bejn is-sajf tal-2021 u Jannar tal-2023.

Rutjens lagħab ma’ Alcobendas CF u Rayo Vallecano fi Spanja u Benevento fl-Italja fil-livell taż-żgħażagħ. Huwa kompla jilgħab mat-tim tal-kbar ta’ Benevento u wara lagħab ma’ Recanatese, Cesena u Torres qabel ġie jilgħab Malta. Wara li ħalla lill-Greens, ingħaqad ma’ Foggia iżda fis-sajf li għadda ingħaqad ma’ Chindia Targoviste fil-Moldova.

Ekonomija

Sport