Wednesday, November 11, 2026
Home Sport Hamrun Spartans mistennija li jkeċċu lill-coach Marco Amelia

Hamrun Spartans mistennija li jkeċċu lill-coach Marco Amelia

0
30

Fis-sigħat li ġejjin Hamrun Spartans mistennija jwaqqfu l-kuntratt ħesrem tal-coach Taljan, Marco Amelia. 

Skont sorsi qrib ta’ dan is-sit qed isostnu li matul dawn l-aħħar jiem nibtu bosta problemi bejnu u d-diriġenza Ħamruniża. 

L-istess Amelia, ftit tal-jiem ilu kellu sospensjoni ta’ xahrejn rekovata wara li kien tkeċċa mir-referee, Glen Tonna, fir-rebħa ta’ 2-1 fuq Valletta, nhar il-25 ta’ Ottubru li għadda. Huwa kien baqa’ jagħti l-istruzzjonijiet lill-players tiegħu mill-istands minkejja li kien intwera l-karta l-ħamra. 

Amelia mexxa lill-Ispartans għal 11-il partita fil-Malta Premier League fejn għamel id-debutt  nhar is-17 ta’ Awwissu, li għadda. Huwa kiseb erba’ rebħiet, ħames draw u sofra żewġ telfiet. 

Teżisti possibbiltá kbira li s-suċċessur tiegħu jista’ jkun Paul Zammit (Birkirkara) jew Daniel Portela (Floriana) li fil-jiem li ġejjin waqfu jagħtu s-servizzi tagħhom b’mod reċiproku mal-kumitati rispettivi.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here