Thursday, March 28, 2024

Hamrun Spartans v Birkirkara posposta minħabba każijiet tal-Covid-19

Aqra wkoll

Il-Malta Football Association ħabbret li l-logħba tal-Kampjonat BOV Premier bejn Hamrun Spartans u Birkirkara li kellha tintlagħab is-Sibt, 18 ta’ Diċembru, ġiet posposta minħabba każijiet tal-Covid-19, fejn data oħra titħabbar aktar tard. 

Intant il-partita bejn Sliema Wanderers u Balzan ġiet skedata mill-ġdid għall-Ħamis 30 ta’ Diċembru fis-Centenary Stadium, fis-6.00 pm.

Il-logħba tal-BOV National Amateur League Grupp A bejn Attard u Ta’ Xbiex fil-programm tas-Sibt ġiet posposta wkoll għall-istess raġuni. 

Ekonomija

Sport