Sunday, December 22, 2024

Ħamsa maqtula, fosthom tifel, fi sparatura f’Texas

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-Pulizija f’Texas iddikjarat li temmen li raġel qatel ħamsa mill-ġirien tiegħu wara argument li kellu magħhom fir-rigward ta’ sparar li kien qed jagħmel b’arma semi-awtomatika fil-qrib.

Il-vittmi huma kollha mill-Honduras, inkluż tifel ta’ tmien snin. L-isparatura seħħet il-Ġimgħa fil-belt ta’ Cleveland, San Jacinto County. Fost il-vittmi kien hemm ukoll żewġ nisa li nstabu fuq żewġt itfal li rnexxielhom isalvaw.

“Fl-opinjoni tagħna, fil-fatt kienu qed jippruvaw jieħdu ħsieb it-trabi tagħhom u jżommuhom ħajjin,” qal ix-Sherrif Greg Capers mal-istazzjon loakli KTRK. Huwa żied jgħid li l-vittmi kollha mietu b’tiri f’rashom. 

Is-suspettat, li hu maħsub li hu Messikan, ġie identifikat bħala Francisco Oropez ta’ 38 sena. Huwa mistenni li jkun akkużat b’ħames kapi ta’ akkużi dwar qtil. 

Il-Pulizija għadha għaddejja bi tfittxijiet għas-suspettat, li hu mifhum li qed jistaħba f’foresta fil-qrib ta’ fejn seħħ il-każ.

Ekonomija

Sport