Sunday, October 5, 2025

“HANDS OFF KULL ĦADDIEM TAS-SERVIZZ PUBBLIKU”

- il-Prim Ministru Robert Abela

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

“Magħna l-ħaddiema kollha, mhux l-inqas il-ħaddiema Għawdxin fis-settur pubbliku, moħħkom mistrieħ totalment. Aħna magħkom. Aħna t-tarka u l-garanzija tagħkom kollha. Hands off kull ħaddiem tas-servizz pubbliku.”

Iddikjara dan il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista Robert Abela meta l-Ħadd filgħodu kien qed jindirizza attività politika fil-Padiljun Akwatiku u Sportiv fir-Rabat Għawdex.

Dr Abela beda biex fakkar kif Deputata ewlenija tal-Oppożizzjoni kienet għamlitlu mistoqsija parlamentari dwar jekk kienx se jinvestiga speċifikatament lill-ħaddiema Għawdxin taċ-ċivil. Qal li meta ra din il-mistoqsija ma setax jemmen dak li qed jaqra u fir-risposta tiegħu qalilhom “insewha li se nordna investigazzjoni fuq il-ħaddiema Għawdxin.”

Il-Prim Ministru fakkar ukoll li l-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista ħatar kelliem fuq l-effiċjenza fis-settur pubbliku, “ħatar l-iktar wieħed aħrax fosthom biex ikun inkwiżitur fuq il-ħaddiema Għawdxin tal-Gvern.”

Iżda l-Prim Ministru għamilhielu ċara li “biex tippersegwita u tgħaddi min fuq il-ħaddiema Għawdxin tal-Gvern l-ewwel trid tgħaddi minn fuqna. Kun af li aħna niqfulek b’saħħitna kollha.”

Dr Abela talab lill-PN biex jagħmel apoloġija lill-ħaddiema Għawdxin tas-settur pubbliku u saħaq li għandu jirtira dak li qal dwarhom.

Sadanittant, il-Prim Ministru sellem ukoll lis-sitt ħaddiem ta’ Heritage Malta li ftit tal-jiem ilu kienu involuti f’inċident industrijali fuq il-post tax-xogħol tagħhom u awguralhom fejqan ta’ malajr.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport