Kamala Harris il-kandidata għal White House għamlet laqgħa tal-massa wkoll f’North Carolina, iżda f’żona ferm ‘il bogħod minn dik ta’ Trump.
Matul id-diskors tagħha hi għamlet kritika qawwija għal Donald Trump fejn qalet li hu “jrid jagħmel vendetta… għandu rabja kbira fih u anke jrid il-poter akkost ta’ kollox.” Harris kompliet tgħid li jekk Trump jirbaħ il-Presidenza se jkun hemm lista twila ta’ għedewwa li se jkun qiegħed jaraw kif se jiffoka fuqhom.
“B’differenza minn Trump, jien ma nemminx li dawk in-nies li ma jaqblux miegħi huma għedewwa tiegħi. Irid jara lil dawk li ma jaqblux miegħu l-ħabs… jien nagħtihom siġġu mal-mejda biex naraw kif nistgħu naslu flimkien,” kompliet tgħid Harris.