Monday, December 9, 2024

Donald Trump iwiegħed li “se jġib lura l-ħolma Amerikana”

Aqra wkoll

Ftit sigħat oħra, il-poplu Amerikan se jkun qiegħed jintalab biex jivvota f’elezzjoni presidenzjali li qiegħda titqies bħala waħda storika. Dan hekk kif eks President tal-Istati Uniti wara 4 snin se jkun qiegħed jerġa’ jipprova jieħu l-kariga.

Donald Trump nhar is-Sibt filgħaxija tkellem waqt laqgħa tal-massa f’North Carolina, liema stat kien intrebaħ minnu kemm fl-2016 u anke fl-2020. Hu beda d-diskors tiegħu billi qal li “se nġib lura l-ħolma Amerikana” kif ukoll qal “llum qiegħed nitkellem waqt l-akbar laqgħa ta’ massa li qatt saret fl-istorja politika madwar id-dinja kollha.”

F’diskors ta’ 90 minuta u tkellem dwar “fake news” u anke sejjaħ lil Kamala Harris bħala “giddieba”. Donald Trump qal li l-Istati Uniti spiċċat “art okkupata” u nhar it-Tlieta “din se tiġi lliberata”.

Ekonomija

Sport