Friday, November 13, 2026
Home Sport Harry Kane jisker ir-rekord ta’ Peter Shilton għall-aktar dehriet mat-team nazzjonali Ingliż

Harry Kane jisker ir-rekord ta’ Peter Shilton għall-aktar dehriet mat-team nazzjonali Ingliż

0
32

Harry Kane kiteb l-istorja nhar il-Ħamis  meta sar l-aktar player li qatt lagħab partiti għat-team nazzjonali Ingliż, hekk kif qabeż ir-rekord ta’ 125 dehra li kien ilu jgawdi l-eks goalkeeper, Peter Shilton.

L-attakkant ta’ Bayern Munich kiseb il-126 preżenza tiegħu fil-konfront kontra l-Kroazja f’Wembley, fejn kien ukoll il-captain tat-team.

Kane ċċelebra dan it-tragward b’mod speċjali meta skorja l-goal tar-rebħa minn penalty bl-iskor ta’ 2-1. Dan kien ukoll id-92 goal tiegħu mal-Ingilterra, u b’hekk kompla jkabbar ir-rekord tiegħu bħala l-aqwa skorer fl-istorja tat-team nazzjonali.

Minn meta ddebutta f’Marzu tal-2015 kontra l-Litwanja, Kane stabbilixxa ruħu bħala wieħed mill-aktar players importanti tal-Ingilterra.

Huwa issa jinsab waħdu fil-quċċata tar-rekord ta’ dehriet, qabel Shilton (125), Wayne Rooney (120) u David Beckham (115).

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here