L-Ingilterra kisbet rebħa importanti ta’ 2-1 fuq il-Kroazja f’Wembley biex aċċertat postha fil-kwarti tal-finali tal-UEFA Nations League.
Morgan Rogers fetaħ l-iskor għall-Ingliżi fl-24 minuta wara azzjoni tajba li involviet lil Harry Kane u lil Jude Bellingham. Il-Kroazja għamlu reazzjoni fit-tieni taqsima u kisbu d-draw fid-59 minuta permezz ta’ Petar Sucic, li approfitta minn żball difensiv ta’ Jarell Quansah.
Madankollu, l-Ingilterra reġgħu marru fil-vantaġġ fl-64 minuta meta Harry Kane skorja minn penalty wara li Quansah twaqqa’ fil-kaxxa u l-VAR ikkonferma l-foul.
Din kienet rebħa speċjali għal Kane, li għamel il-126 dehra tiegħu mat-team nazzjonali Ingliż, u b’hekk qabeż lil Peter Shilton bħala l-aktar player li qatt libes il-flokk tal-Ingilterra. Kane kompla jkabbar ukoll ir-rekord tiegħu bħala l-aqwa skorer għal pajjiżu bi 92 goal.





