Sunday, December 22, 2024

“Ħassejna li ma konniex waħidna!”

Il-ġenituri ta’ Zack, it-tarbija li mietet ta’ ftit jiem

Aqra wkoll

It-telfa ta’ dawk għeżież tagħna hija aħbar li ddarrasna, irrispettivament mill-età tal-persuna. Però, id-dulur ikompli jikber meta omm u missier jitilfu lil xi wild; hija ħasda kbira għall-ġenituri meta wieħed jew l-uniku wild tagħhom jitlaq lejn id-dinja l-oħra qabilhom.

Erbat ijiem ilu fuq il-midja soċjali tħabbret il-mewt ta’ tarbija bl-isem ‘Zack’, propju f’jum għeluq il-ġimgħa tiegħu mindu ra d-dawl ta’ din id-dinja.

“Ħassejna li ma konniex waħidna!”, jgħidu l-ġenituri ta’ Zack, hekk kif irċevew tant sapport f’dan il-mument diffiċli u ta’ qsim il-qalb. Huma jinsabu grati ħafna għal dawk li kienu ta’ sostenn f’dawn l-aħħar jiem.

Fil-jum li fih ingħatat l-aħħar tislima liċ-ċkejken Zack, inġabret is-somma ta’ €755 b’risq Puttinu Cares.

Ekonomija

Sport