Sunday, December 22, 2024

“Ħassejt li noħloq din il-paġna biex niġbor nies li għandhom għal qalbhom il-Karnival”

Aqra wkoll

Hekk kif mijiet ta’ persuni llum taw l-aħħar tislima lil Pawlu Curmi magħruf bħala “il-Pampalun”, persuna magħrufa sew mal-Karnival ta’ Malta, inħoloq grupp fuq il-midja soċjali dwar l-istess Karnival.

L-amministratur tal-paġna ta’ Facebook bl-isem ta’ “Dilettanti Karnival ta’ Malta” kiteb li “ħassejt li noħloq din il-paġna biex nipprova niġbor nies li għandhom għal qalbhom il-Karnival ta’ Malta.”

Kompla jikteb li f’din il-paġna jista’ jissieħeb kulħadd mingħajr eċċezzjoni f’liema kategorija jieħdu sehem u lanqas se ssir destinzzjoni mal-liema kumpanija tikkompeti jew taħdem.

Iħeġġeġ lil persuni li se jidħlu f’dan il-grupp biex itellgħu ritratti tal-karnival ta’ Malta u anke jgħixu x’jaħsbu dwar din il-kultura b’mod inġernerali. L-amministratur jagħmilha ċara li mhux se jippermetti tgħajjir u jħeġġeġ lill-membri biex japprezzaw ix-xogħol tal-kumpaniji kollha tal-karnival.

Ekonomija

Sport