Il-Kroazja mistennija tilgħab kontra l-Ingilterra fil-UEFA Nations League quddiem bejn 5,000 u 6,000 tifel u tifla, minkejja li l-UEFA ordnat li l-partita tintlagħab bil-bibien magħluqa bħala kastig għal inċidenti razzisti.
L-FA Kroata se tistieden tfal ta’ 14-il sena jew inqas minn skejjel u akkademji tal-football għall-partita fl-Istadium HNK Rijeka, li għandu kapaċità ta’ 8,279 spettatur. B’hekk, l-istadium se jkun madwar tliet kwarti mimli. Se jkun hemm ukoll 100 partitarju Ingliż.
Il-piena ngħatat wara inċidenti waqt il-kwarti finali tal-UEFA Nations League kontra Franza s-sena l-oħra, meta seba’ partitarji ġew arrestati wara allegati saluti Nażisti.
Il-Kroazja ngħatat multa ta’ €30,000 għall-imġieba razzista u diskriminatorja, flimkien ma’ €41,000 għal logħob tan-nar, ħsarat u mġieba mhux xierqa.
Ir-regolamenti tal-UEFA jippermettu li tfal taħt l-14-il sena jattendu b’xejn partiti li jintlagħbu bil-bibien magħluqa, u l-Kroazja qed tuża din l-eċċezzjoni.
Sadanittant, l-Ingilterra ngħatat 100 biljett għal partitarji b’rekord twil ta’ attendenza.
Sadanittant, Nico O’Reilly se jitlef il-kumplament tal-impenji internazzjonali minħabba injury u se jirritorna ma’ Manchester City għal aktar eżamijiet.




