Quddiem il-Maġistrat Charmaine Galea, Andy Debono, wieġeb mhux ħati li fil-bidu ta’ dan ix-xahar beżża’ lis-sieħba tiegħu li kien se juża l-vjolenza kontriha.
L-Ispetturi Gabriel Micallef u Jonathan Cassar li mexxew il-Prosekuzzjoni qalu li l-każ seħħ fit-3 ta’ Diċembru li għadda.
Waqt li kienet qiegħda tagħti s-sentenza, il-Maġistrat qalet li l-akkużat jeħtieġ l-għajnuna biex jindirizza l-problema ta’ rabja li għandu.
Debono ġie lliberat bil-kundizzjoni li ma jagħmilx reat fi żmien sentejn. Il-Qorti ħarġet ukoll ordni ta’ trattament fil-konfront tal-akkużat għal sentejn.