Saturday, October 26, 2024

“Hawn bżonn ta’ iktar sorveljanza minħabba żieda fil-każi ta’ serq”

Aqra wkoll

Uffiċjali mit-Taqsima tar-Rapid Intervention Unit kienu mitlubin jassistu fil-Belt Valletta wara li xi persuni dehru jargumentaw.

Il-każ seħħ aktar kmieni għall-ħabta tat-7:45 a.m fejn il-venda tal-Karozzi tal-Linja fil-Belt Valletta. Minn stħarriġ illi sar irriżulta li l-argument żvolġa wara li wieħed mill-irġiel allegatament safa misruq xi flus fost affarijiet oħra. 

Persuni li nzertaw fuq il-post u li tkellmu ma’ dan is-sit qalulna li xi ħin wara l-argument, wieħed mill-irġiel involuti deher jaħrab jiġri mill-post. 

Qalulna li minkejja li l-pulizija intervjenew minnufih fuq il-post, hemm bżonn li tiżdied is-sorveljanza f’din fiż-żona minħabba diversi attentati ta’ serq waqt li persuni jkunu aljenti jistennew tal-linja.

Sport