Saturday, May 4, 2024

Manchester United jiddikjaraw li Cristiano Ronaldo jinsab għall-bejgħ

Aqra wkoll

It-telenovela  ta’ Cristiano Ronaldo se tintemm fl-1 ta’ Settembru. Wara sajf li fih il-Portugiż talab biex jitlaq lil Manchester United u dawn dejjem irrifjutaw, issa l-club Ingliż bidel fehmtu.

Issa huma miftuħa li Ronaldo jinsab għall-bejgħ għal żewġ raġunijiet … minħabba l-attitudni tiegħu u minħabba l-livell tiegħu fl-ewwel żewġ logħbiet tal-kampjonat.

Ir-rifjut ta’ Erik ten Hag li jħallih jitlaq inbidel hekk kif għaddew il-jiem. Meta fadal ġimagħtejn sa tmiem is-suq tat-trasferimenti, Cristiano jista’ jkun qed jippakkja l-bagalji.

L-attakkant Portugiż ilu jitlob għall-‘ħelsien’ tiegħu biex se jilgħab fiċ-Champions League li jmiss, hekk kif United se jilagħbu fl-Europa League.

Cristiano kien ilu jkaxkar saqajh bis-sitwazzjoni tant li ngħaqad fit-training camp tal-pre-season lejn it-tmiem tiegħu bl-iskuża li ma setax jattendi minħabba kwistjonijiet familjari.  

Dan żdied maż-żewġ telfiet kbar ta’ Manchester United, li ħallewhom fil-qiegħ tal-Premier League, sitwazzjoni kważi bla preċedent.

Sorsi qrib il-club sostnew li l-problemi fi ħdan id-dressing room mhux se jinbidlu qabel ma jitlaq Cristiano Ronaldo, u għaldaqstant issa l-bejgħ huwa possibbli.

Peró, kemm Ronaldo kif ukoll ir-Red Devils qed jiffaċċjaw problema kbira … hekk kif jidher li ħadd ma jrid jingaġġa lil dan il-player ta’ 38 sena.

Sport