Sunday, December 22, 2024

Ħebb għal martu minħabba li ma riditx tiffirmalu t-tiġdid tal-permess ta’ residenza

Aqra wkoll

Care worker li ammetta għall-akkużi li hedded lil martu, wara li din irrifjutat li tiffirma flimkien miegħu d-dokument tat-tiġdid tal-permess ta’ residenza tiegħu talab li jiġi deportat.

Quddiem il-Maġistrat Rachel Montebello, l-imputat, li jaħdem bħala care worker, ġie mixli b’akkużi dwar vjolenza domestika.

L-ispettur spjega li l-imputat li huwa mill-Pakistan u martu ma kinux jgħixu flimkien u li dan kellu l-intenzjoni li jitlaq minn Malta wara li jintemmu l-proċeduri kontrih.

L-Ispettur Sheldon spjega li l-permess ta’ residenza tal-imputat kien skada x-xahar li għadda, li kien ifisser li bħalissa kien qed joqgħod Malta illegalment. “Parti mill-kwistjoni kienet li kellu bżonn iġġedded il-permess tiegħu u kien jeħtieġ il-firma ta’ martu biex jagħmel dan.

Huwa ġie mixli wara ħidma kordinata bejn id-dipartimenti tal-Vjolenza Domestika u l-Immigrazzjoni tal-korp tal-pulizija, bil-għan li l-akkużat jiġi ripatrijat wara sentenza.

Wara li semgħet is-sottomissjonijiet, il-Maġistrat Rachel Montebello lliberatu bil-kundizzjoni li ma jwettaqx reat ieħor fi żmien tliet snin.

Ekonomija

Sport