Monday, September 14, 2026
Home Sport Hibernians FC jakkwistaw is-servizzi tal-player Slovakk, Boris Druga

Hibernians FC jakkwistaw is-servizzi tal-player Slovakk, Boris Druga

0
67

Hibernians FC akkwistaw is-servizzi tal-player Slovakk ta’ 24 sena, Boris Druga.

Winger ta’ talent b’esperjenza fl-ogħla livell tal-futbol Slovakk, Boris jingħaqad mal-Pawlisti lest biex iħalli l-marka tiegħu.

Huwa kkompeta fl-ogħla diviżjoni Slovakka ma’ KFC Komárno matul l-istaġun li għadda

Magħruf għall-veloċità, l-enerġija, u l-abbiltà tiegħu fl-attakk, huwa lest biex iżid il-kwalità fl-iskwadra ta’ Hibernians FC.