Monday, August 3, 2026
Home Sport Keith Galea Champion tat-Triathlon ta’ Malta għal rekord ta’ 11-il darba

Keith Galea Champion tat-Triathlon ta’ Malta għal rekord ta’ 11-il darba

0
2

Il-ħolma ta’ Keith Galea li ilu jiġri warajha għal dawn l-aħħar 15-il sena fl-aħħar saret realtá hekk kif huwa rebaħ il-Kampjonat Nazzjonali tat-Triathlon għal 11-il darba u b’ hekk huwa l-iktar triatleta li rebaħ titli nazzjonali f’pajjiżna. Il-Kampjonati Nazzjonali kienu fuq distanza Olimpika b’1.5k għawma, 40k rota u ġirja ta’ 10k. It-tellieqa ġiet organizzata mill-Klabb tal-Agones taħt l-awspiċi tal-Federazzjoni Maltija tat-Triathlon.

Galea ħareg mill-ilma fl-ewwel post segwit minn William Camilleri u John James Muscat. Imma wara transizzjoni tajba mill-ewwel fetaħ vantaġġ tajjeb. Madanakollu Ian Camilleri ta’ Pembroke Atleta u Josef Azzopardi ta’ Shamrock beda jkollhom rota vera tajba u bdew inaqqsu d-distakk li kellhom fuq Galea. Fil-fatt Camilleri rreġistra l- aqwa ħin tar-rota tal-ġurnata. Mandankollu Galea kellu vantaġġ tajjeb li beda jamministrah sew.

Galea beda l-ġirja ta’ 10km b’pass vera b’saħħtu. Dan kien ħin diffiċli għall-atleti minħabba s-sħana u r-riħ isfel u s-sezzjoni tal-ġirja kienet iktar diffiċli. Imma Galea żamm il-pass tiegħu biex kompla jkabbar il-vantaġġ tiegħu biex rebaħ il-11-il titlu tiegħu f’ħin ta’ saghtejn u seba’ minuti. Ian Camillieri spiċċa fit-tieni post f’ħin ta’ sagħtejn u 12-il minuta u fit tielet post spiċċa Joseph Azzopardi f’’hin ta’ sagħtejn u 13-il minuta.

Galea qal li jinsab vera kuntent li rebaħ il-11-il titlu tiegġu. Kienet ħolma li ilu jiġri warajha għal dawn l-aħħar 15-il sena meta ħuh Dermot rebaħ l-għaxar titlu lura f-l 2011. Rigward it-tellieqa huwa qal li kienet tellieqa vera diffiċli minħabba s-sħana qawwija u r-riħ isfel li kien fattur li affettwah mill-bidu tat-tellieqa peressli huwa asmatiku u b’hekk ma jkunx jista’ jagħti l-aħjar tiegħu. Madankollu huwa kien determinat li jirbaħ u ma ħalliex dan il-fattur itellfu.

Huwa qal li jinsab kuntent ħafna li kiser dan ir-rekord għax dan kien l-uniku rekord lokalment li kien fadallu x’jikser u jixtieq jiddedika dan ir-rekord lill-familja tiegħu u lil sħabu li dejjem emmnu fih għax kollha jafu kemm hi importanti din ir-rebħa għalih.

Huwa xtaq jirringrazzja lill-isponsors tiegħu Eurosport Malta, Adistores, Malta Bike it up Racing, Team Barry, Team Fabio, Team Stazi, it-terapista tiegħu Duncan Abdilla, Starbene Takewhey, Glide Aquatics, Malta Triathlon Federation u SportMalta tas-sapport kontinwu li jagħtuh.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here