Christopher Phillips ta’ 60 sena ngħata sentenza ta’ ħabs wara li ammetta li meta mietet ommu, iffriża biex għal 3 snin sħaħ baqa’ jieħu l-benefiċċji soċjali tagħha.
Il-każ seħħ fil-belt ta’ Porthcawl f’Wales fejn ommu Sylvia Phillips kienet mietet b’mewta naturali fl-età ta’ 89 sena. Il-ġirien kien beda jiġihom suspett li kien ġara xi ħaġa lil Sylvia hekk kif ħadd aktar ma rah.
Huma kien jistaqsu lil ħati dwar x’sar minn ommu u dejjem kien jgħidilhom li m’għadhix toħroġ. Il-Pulizija marru fid-dar tiegħu fejn bdew tfittxija għal omm fejn din instabet ġo friża kbira ffriżata.
Phillips ħa b’kollox madwar £78,000 f’benefiċċji soċjali li kienu kollha indirizzati lil ommu. Hu ammetta wkoll li naqas milli jinforma lill-awtoritajiet bil-mewt ta’ ommu.





