Thursday, April 25, 2024

Hibernians ikeċċu lill-coach Andrea Pisanu

Aqra wkoll

Wara t-telfa ta’ 2-1 kontra Balzan, iċ-champions Hibernians waqqfu b’mod ħesrem il-kuntratt tal-coach Taljan, Andrea Pisanu, hekk kif il-Pawlisti niżlu fis-sitt post tal-klassifika u b’possibbiltá kbira li jfallu milli jispiċċaw mal-ewwel tlieta. 

Taħt it-tmexxija tiegħu, Hibernians irreġistraw disa’ rebħiet, tliet draw u sofrew sitt telfiet. 

Din kienet it-tieni avventura ta’ Pisanu fil-Kampjonat Malti bħala coach meta kien iddebutta ma’ Sliema Wanderers, nharil-15 ta’ Frar, 2020, fir-rebħa ta’ 1-0 fuq Tarxien Rainbows. 

Sport