Monday, May 13, 2024

Hibernians iżommu t-tamiet tagħhom ħajjin

Aqra wkoll

Sta Lucia ……….0

Hibernians ……2

Hibernians għelbu lil Sta Lucia bl-iskor ta’ 2-0 biex żammew it-tamiet ħaj­jin li jtemmu mal-ewwel tlieta.  

Kienu huma li ħolqu l-ewwel periklu fil-11-il mi­nuta meta Jurgen Degab­riele għadda lejn Robert Bairam, b’dan iżda jkollu x-xutt tiegħu salvat min­għajr diffikultá mill-goalkeeper Francisco Da Paz.

Il-Luċjani wieġbu erba’ minti wara meta Aleksa Mrdjan minn pożizzjoni ferm ideali tefa’ inkreddibilment barra.

Fl-24 minuta, il-Pawlisti tilfu opportunitá tad-deheb li jiftħu l-iskor meta mill-corner ta’ Giannis Bastianos, Kurt Shaw, naqas milli jagħmel kunatt mal- ballun, li eventwalment intemm barra.

Iżda huma ma kellhomx jiġu mċaħħda żewġ minuti wara meta Jurgen Degab­riele tefa’ ballun fil-kaxxa, b’Jurgen Pisani fit-tentattiv li jbiegħed kull periklu, tefa’ fil-lasti tiegħu stess biex irriżulta għal auto-goal sfortunat.

Fil-45 minuta, il-Pawlisti rduppjaw meta minn corner ieħor mogħti din id-darba minn Jurgen Degabriele, il-ballun spiċċa f’saqajn LUCAS CARUANA li venven xutt b’saħħtu bil-ballun jaħbat ma’ saqajn difensur tal-Yellows qabel intemm ġewwa.

Fil-ftuħ tat-tieni taqsma, Hibernians reġgħu resqu viċin li jiskorjaw iżda l-konklużjon ta’ Sime Zuzul intemmet ftit barra.

Huma qagħdu jamministraw l-andament tal-partita u kkontrollaw lill-avversarji sa tmiem il-partita.

STA LUCIA: 12-Francisco Celio Da Paz Silva Filho, 3-Mattias Ellul, 7-Steve Pisani, 15-Adam Bradshaw (22-Hulk 66), 17-Jurgen Pisani, 18-Aleksa Mrdja, 21-Santiago Fabian Moracci (29-Jed Valletta 82), 27-Alessio Piazza, 33-Patrick Ramos De Oliveira (4-Ayefouni Basile Ogouvide 46), 55-Sven Xerri (11-Lucas Silva Sena 46), 80-Evandro Pinto Gomes Evandro (20-Gonzalo Nicolas Virano 66)   – Coach: Alessandro Zinnari

HIBERNIANS: 30-Hugo Sacco, 3-Ferdinando Apap, 5-Kurt Shaw, 6-Lucas Caruana, 8-Robert Bairam, 9-Sime Zuzul, 10-Jurgen Degabriele (20-Artem Radchenko 73), 21-Alex Bruno De Souza Silva (77-Rodney Antwi 64), 22-Gabriel Izquier Artiles (Mamadou Bagayoko 73), 23-Claudio Bonanni, 29-Giannis Bastianos (16-Samuel Okoh 85)   – Coach: Branko Nisevic

REFEREE: Slobodan Petrovic

ASS. REFEREES: Duncan Sultana, Kurt Saliba

RABA’ UFF: Ishmael Barbara

SKORERS: J. Pisani og 26, L. Caruana 45 (H)

AMMONITI: A. Bradshaw, P. De Oliveira Ramos, S. Xerri, Hulk (SL)

Sport