Saturday, September 14, 2024

Hibernians jirbħu b’żewġ goals fit-tieni taqsima

Aqra wkoll

Hibernians …..2

Gzira Utd …….0

Permezz ta’ wirja kollettiva u ta’ karattru, Hibernians għelbu lil Gzira Uni­ted bl-iskor ta’ 2-0, biż-żewġ goals jiġu skorjati fit-tieni taqsima.

Kienu l-Pawlisti li ħolqu l-ewwel periklu wara biss ħames minuti meta wara li rċieva minn corner mix-xellug ta’ Giannis Bastianos, Rodrigo Khevin kellu t-tentattiv jintemm ftit barra.

Fid-19-il minuta,  Faysal Hassany kellu xutt mil-lemin li ħabat max-xib­ka minn barra biex ta l-illużjoni tal-goal għal Gzira.

Hibernians wieġbu fis-37 minuta meta xutt b’saħħtu ta’ Khevin intemm ftit għoli. 

Minuta mill-ftuħ tat-tie­ni taqsima, il-Pawlisti kienu sfortunati li laqtu l-lasta permezz ta’ Giannis Bastianos u fis-57 minuta, il-midfielder Grieg reġa’ laqat il-mimduda permezz ta’ free-kick mil-lemin b’Dexter Xuereb jitfa’ għoli mir-rebound.

Fid-69 minuta, Hibernians irnexxielhom jiftħu l-iskor meta GIANNIS BASTIANOS  b’xutt mill-isbaħ ma ta l-ebda ċans lill- goalkeeper Darijan Zarkov, isalva.

Fis-79 minuta, il-Gżirjani kellhom ċans tad-deheb li jiksbu d-draw meta ngħataw penal­ty wara li Higor Gabriel waqqa’ lil Jur­gen Pisani fil-kaxxa.  Iżda mill-11-il metru Joseph Minala ra x-xutt tiegħu jiġi salvat minn Hugo Sacco.

Tliet minuti biss wara, Gzira tilfu ċans ieħor meta mill-cross ta’ Alex Da Pai­xao Alves,  Thaylor Aldama u Ebisindor Saint naqsu jagħmlu kuntatt mal-ballun.

Fit-85 minuta, il-Pawlisti skorjaw il-goal tar-rebħa  meta Farid Romero Zuniga tilef il-pussess tal-ballun, għas-spejjeż tas-sostitut ISAIAH CHUKUNYERE li avvanza fil-kaxxa, dar ma’ Zarkov qabel tefa’ l-ballun fix-xibka.

HIBERNIANS: 30-Hugo Sacco, 2-Kleiton Do Monte de Lima Basilio, 5-Kurt Shaw, 8-Rodrigo Frage Khevin, 11-Bjorn Kristensen (13-Jake Portelli 91), 14-Dexter Xuereb, 20-Ferderico Falcone, 21-Alex Bruno Da Silva Souza (17-Isaiah Chukunyere 80), 29-Giannis Bastianos (7-Ayrton Attard 80), 44-Pedro Henrique Nunes Silva, 99-Gabriel Fernandes Alves Higor – Coach: Branko Nisevic

GZIRA U.: 30-Darijan Zarkov, 4-Jospeh Minala, 5-Enrico Pepe, 7-Thaylor Aldama, 8-Zachary Scerri (20-Alex Da Paixao Alves 75), 9-Marcelo Dias, 11-Faysal Hassany (6-Andrew Borg 75), 18-Christian Saint Ebisindor, 23-Farid Romero Zuniga, 92-Kevin Tulimieri (17-Jurgen Pisani 55), 93-Thiago Espindola (19-Manuel De Filippis 85)   – Coach: Andrew Cohen

REFEREE: Ishmael Barbara

ASS. REFEREES: Roberto Vella, Duncan Spencer

RABA’ UFF: Daniel Portelli

SKORERS: G. Bastianos 69, I. Chukunyere 85 (H)

AMMONITI: R. F. Khevin, P. H. Nunes Silva, G. H. Fernandes Alves (H), T. Aldama, E. Pepe (G)

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport