Minn Cristian Muscat
Hibernians …….2
Melita ……….….0
Hibernians irritornaw għar-rebħ meta għelbu lil Melita bl-iskor ta’ 2-0 f’partita li huma ddominaw mill-bidu sal-aħħar u saħansitra setgħu skorjaw aktar.
Hibernians ma setgħux kellhom bidu aħjar meta fit-tieni minuta, huma fetħu l-iskor meta mill-free-kick ta’ Jurgen Degabriele, KURT SHAW sab l-ispazu u skorja permezz ta’ daqqa ta’ ras.
Ir-reazzjoni ta’ Melita kienet waħda dgħajfa u l-ewwel attakk wasal fit-18-il minuta meta mill-cross ta’ Karl Mohnani, Pedro Henrique Silva antiċipa f’corner.
Fil-31 minuta, Melita resqu ferm viċin li jiksbu d-draw meta mill-free-kick ta’ Matthew Debattista, Andre Penha Da Costa għola fuq kulħadd u ndirizza daqqa ta’ ras li l-goalkeeper, Nino Sanchez, dawwar f’corner b’save sabiħ.
Iżda fl-40 minuta, Hibernians irduppjaw hekk kif Alex De Souza Silva għadda through pass lejn Giannis Bastianos li dendel lejn JURGEN DEGABRIELE li għeleb in-nasba tal-offside u mingħajr ma ħalla l-ballun imiss mal-art għeleb lill-goalkeeper Ġiljaniż … biex l-attakkant Pawlist skorja l-100 goal personali tiegħu fil-Premier League.
Peró tliet minuti wara, l-istess Degabriele seta’ għalaq il-partita meta b’mod mill-aktar altruwista, De Souza żmarkah għal kollox u waħdu taħt il-lasti avversarji ra lil Mizzi jsalva t-tentattiv tiegħu.
Fl-54 minuta, Degabriele kien perikoluż meta b’first- timer sab lil Mizzi attent.
Tliet minuti wara, De Souza għadda lejn Alfred Silas li minn pożizzjoni ferm ideali għolla l-ballun fuq il-lasti.
Fil-61 minuta, Melita spiċċaw jilagħbu b’10 players meta tkeċċa Pena Simanca għal żewġ karti sofor.
Fil-65 minuta, Melita resqu viċin meta Ensell Attard ħarab fuq il-lemin iżda ġie antiċipat minn Silas bil-ballun deher li sejjer fix-xibka tiegħu stess iżda Sanchez salva fil-pront.
Il-Pawlisti baqgħu jiddominaw sat-tmiem fejn Melita qatt ma dehru li setgħu jiskorjaw.
HIBERNIANS: 1-Nino Pablo Sanchez, 2-Kleiton Do Monte Basilo (14-Dexter Xuereb 72), 4-Alfred Hamanjoda Silas (15-Isaac Chetcuti 91), 5-Kurt Shaw, 6-Lucas Caruana, 7-Ayrton Attard (13-Jake Portelli 82), 10-Jurgen Degabriele (17-Isaiah Chukunyere 72), 21-Alex Bruno De Souza Silva, 29-Giannis Bastianos (9-Felico Carvalho 82), 44-Pedro Henrique Nunes Silva, 99-Higor Fernandes Alves – Coach: Branko Nisevic
MELITA: 1-Gosef Mizzi, 3-Aldair Simanca, 4-Gareth Barone (5-Michael Cachia 64), 6-Jean Pierre Attard, 7-Karl Mohnani (23-Paul Galea Testaferrata 74), 9-Andre Penha Da Costa, 10-Matthew Debattista (18-Ensell Attard 46), 13-Marc van de Font Boverkamp, 19- Jesus Yepez, 21-Nick Cutajar (14-David Xuereb 46), 26-Kurt Bondin (16-Jack Micallef 85) – Coach: Clive Mizzi
REFEREE: Daniel Casha
ASS. REFEREES: Jurgen Spiteri, Shaun Calleja
RABA’ UFF: Glenn Tonna
SKORERS: K. Shaw 2, J. Degabriele 40 (H)
AMMONITI: A. Attard, L. Caruana (H)
TKEĊĊA: P. Simanca 61 (M)
Hibernians jirritornaw għar-rebħ |
Minn Cristian Muscat
Hibernians …….2
Melita ………….0