Wednesday, November 11, 2026
Home Sport Tasal fi tmiemha l-esperjenza ta’ Malta fil-Logħob Olimpiku taż-Żgħażagħ Dakar 2026

Tasal fi tmiemha l-esperjenza ta’ Malta fil-Logħob Olimpiku taż-Żgħażagħ Dakar 2026

0
55

L-esperjenza ta’ Malta fil-Logħob Olimpiku taż-Żgħażagħ Dakar 2026 waslet fi tmiemha, b’Matthew Azzopardi jieħu sehem fil-finali tat-800 metru tal-irġiel.

Matthew kiseb is-seba’ post b’ħin ta’ 1:58.52, u temm il-parteċipazzjoni tiegħu b’wirja soda ħafna.

Aktar kmieni fil-kompetizzjoni, Nick Bonett spiċċa fl-għaxar post minn fost 16-il atleta fit-tiġrija tal-400 metru tal-irġiel, fejn kiseb esperjenza siewja fix-xena internazzjonali.

L-atleti kienu akkumpanjati mill-kowċ Tiziana Zammit.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here