Friday, October 11, 2024

Hibernians jumiljaw lil Gzira United

Aqra wkoll

Gzira U………………0

Hibernians………….4

Hibernians umiljaw lil Gzira United meta għelbuhom bl-iskor kbir ta’ 4-0 fl-ewwel ħarġa tagħhom tal-istaġun 2023/24 tal-Kampjonat BOV Premier.

Il-Pawlisti għamlu l-intenzjonijiet tagħhom ċari mal-ftuħ tal-partita u fit-tieni minuta, xutt ta’ Eriks de Souza għadda għoli.

Fit-tmien minuta, Hibernians reġgħu kienu perikolużi u din id-darba kien Jurgen Degabriele li spara għoli.

Mal-kwarta logħob, kien il-goalkeeper ta’ Gzira, David Cassar, li salva bi bravura xutt ta’ Bjorn Kristensen.

Fuq in-naħa l-oħra tal-pitch, fl-20 minuta il-goalkeeper ta’ Hibernians, Ibrahim Kone. kien impenjat għall-ewwel darba wara tentattiv ta’ Jose Wilkson Teixera u tliet minuti wara minn Ribeiro de Oliveira.

Hibernians fetħu l-iskor fil-25 minuta, meta minn azzjoni personali ta’ Rodney Antwi, huwaqabeż numru ta’ difensuri, għadda tajjeb lejn GIANNIS BASTIANOS li venven xutt b’saħħtu li għeleb għal kollox lil Cassar. 

Hibernians komplew jiddominaw u fit-38 minuta irduppjaw l-iskor meta wara azzjoni ta’ freekick, kien AYRTON ATTARD li b’xutt sabiħ għeleb għat-tieni darba lil David Cassar.

Gzira United dehru konfuzi għall-aħħar u lejn l-aħħar tal-ewwel taqsima kienu fortunati li ma sofrewx it-tielet goal meta xutt ta’ Rodney Antwi stampa mal-wieqfa.

U biex l-affarijiet ikomplu ġejjin ħazin għall-Maroons, huma spiċċaw jilagħbu b’10 players meta fil-ħin miżjud tal-ewwel taqsima, tkeċċa għalihom il-captain Zack Scerri, permezz ta’ karta ħamra diretta.

It-tieni taqsima ma setgħetx bdiet aħjar għal Hibernians meta fis-47 minuta, skorjaw it-tielet gowl permezz tal-iskorer prolifiku tagħhom JURGEN DEGABRIELE li spara xutt minn barra l-kaxxa li ntemm fix-xibka.

L-attakkant internazzjonali Malti, JURGEN DEGABRIELE, reġa’ kien prominenti fid-59 minuta meta wara li rċieva ballun tajjeb, ħasad għal kollox lil David Cassar, għar-raba’ goal Pawlist.

Gzira kellhom azzjoni remota perikoluza fit-63 minuta iżda Lucas Ribeiro de Oliveira sab lid-difensuri Pawlisti kienu attenti, li annulaw għal kollox it-tenattiv tiegħu.

Min-naħa tagħhom, Hibernians komplew jamministraw il-vantaġġ komdu li kellhom s atmiem il-partita, u ħallew lil Gzira United ‘il bogħod mil-lasti ta’ Kone sabiex kisbu tliet punti importanti għall-ambizzjonijiet tagħhom f’dan il-kampjonat, għalkemm din kienet biss l-ewwel partita tagħhom tal-istaġun.

Gzira United: 1-David Cassar, 3-Gabriel Bohrer Mentz, 7-Thaylor Aldama (4-Andrew Borg 46), 8- Zachary Scerri, 9-Marcelo Dias (29-Deyan Pace 84), 11-Lucas Ribeiro de Oliveira, (21-George Essaka 65), 20-Farid Zuniga, 47-Brooklyn Borg (23-Everton Jose Costa 74), 74-Jose Wilkson Teixeira (6 – Bilario Azizi 65) 93-Thiago Espindola, 98-Jackson Mendoza Coach: Darren Abdilla

Hibernians: 24-Ibrahim Kone, 7-Ayrton Attard, 10-Jurgen Degabriele, 11- Bjorn Kristensen (6-Lucas Caruana 39), 13 – Zachary Grech (14-Mathias Andres Vallejo 84), 16-Samuel Okoh (3-Ferdinando Apap 74), 31-Eriks Pereira De Souza Santos, 29-Rodney Antwi, (9-Armen Hovhannisyan 74) 99-Luis Henrique Guedes (15-Mangles Herrera Eduardo Andres 84)

Referee: Ishmael Barbara

Ass. Referees: Duncan Spencer, James Muscat

Raba’ Uffiċjal: Malcolm Spiteri

Skorers: G. Bastianos 25, A. Attard 38, J. Degabriele 47, 59 (H)

Tkeċċa: Z. Scerri 45 (G)

Ammoniti: G. Bohrer Mentz, L. Ribeiro de Oliveira (G), S. Okoh (H)

Player tal-Logħba: Jurgen Degabriele (H)

Sport