Saturday, December 14, 2024

Ħidma sabiex jiżdiedu c-charging points f’Malta u f’Għawdex 

Aqra wkoll

Bħalissa għaddejja ħidma sabiex jibda proġett bil-għan li jiżdiedu madwar 1,2000 charging points tal-karozzi f’Malta u f’Għawdex. 

Sa issa, dawn ic-charging points ilaħħqu għal xejn inqas minn 372, bil-maġġorparti tagħhom, jiġifieri 155 charging point li huma mqassmin f’60 lokalitá Maltija. Dawk f’Għawdex jammontaw għal 31, li huma mifruxin f’14 -il lokalitá.

Dan qalitu l-Ministru tal-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża, Miriam Dalli f’mistoqsija parlamentari li saritilha mid-Deputat Nazzjonalista Mark Anthony Sammut, fejn qalet ukoll li aktar minn 90% tac-charging pillars matul din is-sena, kellhom rata li taqbeż il-85% bħala uptime.

Il-Ministru Dalli, spjegat li primarjament il-kaġun tal-ħsarat ta’ dawn c-charging points kienu fl-elettronika, problemi li rriżultaw fis-software minħabba li ma jsirx użu mic-charging pillar kif suppost. 

Ekonomija

Sport