Monday, May 13, 2024

Isir l-ewwel trapjant tal-għajnejn fid-dinja 

Aqra wkoll

Professjonisi mediċi fi New York, ħabbru li għadhom kif wettqu l-ewwel trapjant fid-dinja li sar fl-għajnejn fuq raġel. Minkejja li jidher li l-operazzjoni kienet ta’ suċċess, sa issa l-esperti għadhom m’humiex ċerti jekk dan hux se jikseb il-vista lura. 

Midja internazzjonali irrapurtat kif ir-raġel, Aaron James, kellu bżonn dan it-trapjant wara li hu kien involut f’inċident bl-elettriku, kellu jgħaddi minn operazzjoni li damet madwar għoxrin siegħa. Ingħad ukoll li kawża tal-istess inċident, huwa kellu l-maġġorparti ta’ wiċċu maħruq. 

Fis-27 ta’ Mejju ta’ din is-sena, huwa għadda minn intervent mediku rari tal-wiċċ, minbarra t-trapjant ta’ għajnu tax-xellug, li kien jinvolvi madwar 140 professjonist fil-kirurġija plastika. Il-Professjonisti f’NYU Langone Health, fi New York, li wettqu t-trapjant, f’kumment li taw lil midja internazzjonali, qalu li huwa qed jirkupra tajjeb mit-trapjant u li l-għajn li ġiet mogħtija lilu dehret b’saħħitha.

It-tobba qalu li l-kirurġija ta’ James toffri lix-xjenzati tieqa bla preċedent dwar kif l-għajn tal-bniedem tista titfejjaq. Wieħed mill-professjonisti qal; “Mhux qed nippretendu li se nerġgħu nġibu l-vista tiegħu, imma m’hemm l-ebda dubju f’moħħi li aħna l-professjonisti ninsabu pass eqreb.”

Sport